Ir-Rundun jeħtieġ temp sħun biex jgħix għaliex is-sħana tipprovdilu ħafna insetti x’jiekol. Minħabba f’hekk huma jqattgħu madwar tliet xhur fis-sena biss fil-kontinent tal-Ewropa. Il-bqija tas-sena jqattgħuha fl-Afrika Ċentrali.
Ir-Rundun jasal fl-Ewropa sa nofs Mejju u jibda triqtu lura lejn l-Afrika minn Lulju, qabel ma l-iljieli jibdew jiffriskaw iżżejjed. Iż-żmien li jieħu biex jaslu hu pjuttost qasir, minħabba li r-Rundun ma jiqafx itir matul il-lejl, kif jagħmel il-Ħuttaf. Il-frieħ jibdew ipassu, mingħajr l-għajnuna tal-ġenituri, hekk kif itajru mill-bejta.
Sa nofs Awissu, ħafna Rundun ikun wasal fid-destinazzjoni tiegħu. Ma jibqax fl-istess post, iżda jiċċaqlaq I jivjaġġa skond l-abbundanza jew nuqqas ta` insetti.