http://www.springalive.net
Fittex fil-websajt:
BirdLife International birdlifemalta.org
Home   ›   Ħuttafa   ›   Migrations
Ipprintja
Ibgħat lill-ħbieb

Ħuttafa

Il-Ħuttaf jidher f'pajjiżna mill-bidu ta` Marzu. Fin-naħa ta` fuq tal-Ewropa jasal sa xahar u nofs wara. Darbtejn fis-sena jivjaġġaw xi 10,000km biex jaslu fid-destinazzjoni tagħhom. Il-vjaġġ jieħu bejn 4 u 6 ġimgħat, u l-irġiel jaslu ftit qabel in-nisa biex jilħqu jsibu pst tajjeb fejn jibnu l-bejta. Sal-bidu ta` Mejju jkunu bdew ibejtu. Xi ftit pari qegħdin ibejtu f'Malta wkoll, u jidher li l-pari li jbejtu f'Malta qegħdin jiżdiedu u jinfirxu.
Fi żmien il-passa jidher hafna Ħuttaf meta jitqawwa r-riħ jew l-ajru jissaħħab u tibda traxxax ix-xita. Il-Ħuttaf ipassi matul il-jum u filgħaxija jinġabar biex jorqod fil-qasab tal-widien.
Il-Ħuttaf tal-passa nerġgħu narawh mill-bidu ta` Settembru 'l quddiem. Qabel ma jkomplu l-vjaġġ tagħhom għandhom ħabta jinġabru fuq il-wajers tad-dawl fi qtajjiet kbar. Imbagħad itiru f'daqqa, jogħlew 'il fuq u jisparixxu.
RSPB

Mitsubishi Corporation