Din hi diffikulta` komuni ghal min għadu jibda l-birdwatching, biss mhux daqshekk diffiċli li tagħraf bejniethom.
mid-daqs: ir-Rundun hu ftit ikbar mill-Ħuttafa.
mid-denb: il-Ħuttafa għandha denbha twil forma ta` V. Ir-Rundun għandu denb qasir li ħafna drabi tarah ġej għall-ponta.
mill-ġwienaħ: Ir-Rundun għandu l-ġwienah itwal minn tal-Ħuttafa u ġejjin għat-tond. Waqt li ttir, il-Ħuttafa tgħawweġ il-ġwienaħ mill-kisra, filwaqt li r-Rundun iżommhom iktar stirati u forma ta' minġel.
mit-titjir u mistrieh: Il-Ħuttaf jinġabar fil-qasab tal-widien biex iqatta` l-lejl. Matul il-jum ġieli jinġabar fi qtajjiet fuq il-wajers tal-dawl. Ir-Rundun qatt ma jieqaf itir ħlief meta jkun fil-bejta. Iġiefieri jekk l-għasfur li qed tara waqaf jistrieħ, iċ-ċans hu li hu Ħuttafa.